Jurgen Klopp jikser ir-rekord ta’ Bob Paisley

Ir-rebħa ta’ nhar il-Ħadd ta’ 3-0 ta’ Liverpool fuq Leicester City mill-Premier Ingliż kienet tfisser rekord ġdid ta’ 64 partita mingħajr telfa f’darhom.

B’hekk dan it-team, taħt it-tmexxija tal-coach Jurgen Klopp, kiser ir-rekord ta’ dak li kien immexxi minn Bob Paisley li rreġistra bejn l-1978 u l-1981.

L-aħħar telfa f’Anfield, fil-kampjonat, kienet dik f’April 2017 kontra Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-1.

Dan ir-rekord jikkonsisti ta’ 53 rebħa u 11-il draw.

Ir-Reds jittamaw li jkomplu jkabbru dan ir-rekord meta fil-logħba li jmiss jiltaqgħu kontra Wolves, fil-5 ta’ Diċembru.

Ir-rekord Ingliż qed jitgawda minn Chelsea ta’ 86 partita mingħajr telfa.

Share With: