Juventus favoriti li jakkwistaw lil Alvaro Morata għal kollox

Juventus m’għandhomx xi għaġġla partikolari sabiex jiffirmaw għal kollox lill-attakkant il-ġdid tagħhom Alvaro Morata. Dan tal-aħħar jinsab maċ-champions Taljani fuq bażi ta’ self wara li mingħand Atletico Madrid. Hu kien qed jirritorna fl-Allianz Stadium għat-tieni darba fil-karriera tiegħu wara s-suċċess li kellu bejn l-2014 u l-2016 fejn skorja 15-il goal fi 63 partita.

S’issa l-player Spanjol lagħab ħames logħbiet u sab ix-xibka darbtejn. Hu jinsab konvint li Turin hi l-belt naturali tiegħu hekk kif sa minn meta ngħaqad ma’ Juventus, il-karriera tiegħu reġgħet ħadet il-ħajja u qed jerġa’ jiġi msejjaħ mill-coach tat-team nazzjonali Spanjol. 

Hu mifhum li Morata jiswa €35 miljun.

Share With: