Juventus iridu lil Pedro Neto

Juventus qed jiġru wara l-firma tal-winger ta’ Wolverhampton Wanderers, Pedro Neto. Dan il-player Portugiż ta’ 20 sena mar jilgħab f’Molineux Stadium matul l-istaġun li għadda u lagħab 36 partita filwaqt li skorja erba’ goals. Huwa għandu kuntratt ma’ Wolves sas-sena 2024 u għalhekk mhux se tkun xi faċli għaċ-champions Taljani sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu. 

Minkejja kollox, id-direttur sportiv Juventin, Fabio Paratici, qed jaħdem id f’id mal-aġent tal-player Jorge Mendes sabiex jaslu għal forma ta’ ftehim. 

Neto diġá kellu esperjenza jilgħab fis-Serie A ma’ Lazio. 

Share With: