Juventus wara l-firma ta’ Ryan Gravenberch

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Ajax, Ryan Gravenberch, qed jinteressa liċ-champions Taljani Juventus. Fil-fatt id-direttur sportiv, Fabio Paratici, kellu telefonata fit-tul mar-rappreżentanti tal-player kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tat-team mill-belt kapitali Olandiża sabiex forsi jaslu għal dan il-player matul is-sajf li ġej.

Gravenberch għandu lil Mino Raiola bħala rappreżentant tiegħu. Huwa għad fadallu kuntratt sas-sena 2023 u għalhekk l-għan ta’ Paratici mhux daqstant faċli daqskemm wieħed jaħseb.

Min-naħa tiegħu, Gravenberch qed jitqies bħala wieħed mit-talenti tal-futur u għalhekk il-Bianconeri se jagħmlu minn kollox sabiex jiksbu l-firma tiegħu.

Share With: