Kalidou Koulibaly segwit minn Liverpool

Hekk kif il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp irid jirranġa d-difiża tiegħu f’Jannar li ġej wara l-injuries fit-tul ta’ Virgil Van Dijk u Joe Gomez, id-diriġenti tar-Reds qed jaħdmu sabiex jiffirmaw lill-player internazzjonali mis-Senegal, Kalidou Koulibaly. Dan tal-aħħar jinsab ma’ Napoli għalkemm ħafna qed isostnu li dawn huma l-aħħar xhur jilgħab fi Stadio San Paolo hekk kif l-interess tiegħu mir-Reds jibqa’ wieħed konsistenti.  

Minkejja kollox, il-president ta’ Napoli stqarr li t-team prospettiv li jixtieq jiffirmaw lil Koulibaly, irid ikun lest li joħroġ €70 miljun mill-but fejn sostna li mhux beħsiebu jiċċaqlaq minn dan il-prezz.  

Share With: