Karol Aquilina maħtur Segretarju tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista

Karol Aquilina nħatar bħala Segretarju tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Ikkonferma dan permezz ta’ stqarrija l-Partit Nazzjonalista, fejn qal li wara laqgħa tal-grupp parlamentari lbieraħ, Aquilina ġie elett fir-rwol statutorju ta’ segretarju tal-grupp parlamentari.

Aquilina kien nominat għall-kariga mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.

Fl-istess laqgħa robert Cutajar ġie konfermat bħala l-Whip Nazzjonalista, b’Karl Gouder jinħatar bħala l-Asistent Whip.

Għaldaqstant Gouder se jkun qed jimla r-rwol ta’ Frederick Azzopardi li miet ix-xahar li għadda.

Waqt il-laqgħa Grech fakkar il-memorja ta’ Azzopardi fejn wera l-gratitudni tiegħu għall-ħidma li dan għamel tul is-snin fil-grupp parlamentari tal-PN.

Share With: