Kuntistabbli jweġġa’ gravi wara li jitlef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq

Kuntistabbli tal-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Far.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.40 p.m. fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Jirriżulta li l-kuntistabbli, ta’ 33 sena, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: