Kwart ta’ miljun imutu fl-Istati Uniti bil-Covid-19

L-ammont ta’ mwiet bil-Covid-19 fl-Istati Uniti qabżu l-250,000. Skont l-Università Johns Hipkins, l-Istati Uniti rreġistrat sa issa 250,029 mewt u 11.5 miljun każi ta’ Covid-19, li jagħmilha l-aktar pajjiż li rrapportat infezzjonijiet u mwiet madwar id-dinja kollha. 

F’kummenti li ta lill-mezzi tax-xandir Ingliżi, Dr Anthony Fauci, il-Kap tal-Istitut Nazzjonali għall-Mard Infettiv fl-Istati Uniti, qal li l-pajjiż kien sejjer “fid-direzzjoni ħażina fi żmien prekarju ħafna”, bin-nies wisq probabbli jinġabru ġewwa hekk kif it-temp isir iktar kiesaħ. 

Il-belt ta’ New York, l-epiċentru tat-tifqigħa tal-Istati Uniti fir-rebbiegħa – ordnat l-għeluq tal-iskejjel tagħha mill-Ħamis, wara żieda fil-każi ta’ Covid-19. Id-deċiżjoni li tingħalaq l-ikbar sistema ta’ skola pubblika tal-Istati Uniti, ġiet hekk kif ir-rata ta’ testijiet pożittivi għall-virus qabżet il-kwota ta’ 3%. Din mistennija taffettwa madwar 300,000 tifel u tifla.

Share With: