“L-anqas ħaġa li xtaqna nisimgħu llum huwa lil Bernard Grech jippolitiċizza l-mewt ta’ ħija Renald”

Waqt diskors mimli kritika, il-kap Nazzjonalista aktar kmieni dalgħodu qal li għandha tintrefa’ r-responsabbilità għall-mewt tas-Sindku ta’ Ħal Qormi Renald Falzon. Intant hu l-iżgħar vittma tal-Covid-19, Marco Falzon kiteb jirreaġixxi għal dan id-diskors u qal li bħalissa għaddejjin minn mumenti diffiċli ħafna.

Huwa qal li f’dan il-mument “l-anqas ħaġa li xtaqna nisimgħu llum huwa lil Bernard Grech jippolitiċizza l-mewt ta’ ħija Renad”.

Huwa qal li f’dan il-mument li għandhom bżonn bħala familja huwa is-sostenn u s-sapport u mhux dan in-nuqqas ta’ rispett minn kap tal-oppożizzjoni.

Share With: