L-Arċisqof iqabbel il-Covid-19 maż-żewġ gwerer dinjin li għamlu ħerba fl-Ewropa

Ritratti: Roger Azzopardi

Aktar kmieni llum żvolġiet iċ-ċerimonja annwali ta’ tifkira tal-vittmi tal-gwerra. Quddiesa pontefikali nzammet fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, segwita mill-ispezzjoni tal-gwardaj tal-unur mill-President qabel ma żvolġiet iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-fjuri fuq il-monument fil-Floriana.

Waqt il-quddiesa l-Arċisqof Charles Scicluna qabbel il-pandemija tal-Covid-19 maż-żewġ gwerer dinjin li ħallew ħerba fl-Ewropa. 

Filwaqt li rrefera għall-virus tal-Covid-19 bħala “l-għadu invisibbli”, huwa ħeġġeġ lill-awtoritajiet biex ipoġġu saħħet il-poplu fuq quddiem.

Share With: