L-assistant coach ta’ AC Milan Giacomo Murelli pożittiv għall-Covid-19

L-assistant coach ta’ AC Milan Giacomo Murelli nstab pożittiv għall-Covid-19 wara swab test li sarlu. Dan kollu seħħ 24 siegħa wara li anke l-coach attwali tal-club, Stefano Pioli, instab li huwa nfettat bil-coronavirus. B’hekk la hu u lanqas Murelli m’huma se jkunu fuq il-bank biex imexxu lit-team tagħhom fil-partita kontra Napoli.

Kien is-sit elettroniku ta’ AC Milan li ħabbar uffiċjalment dan kollu hekk kif iż-żewġ coaches issa se jkunu qed jagħmlu perjodu ta’ kwarantina.

Mhux magħruf min se jmexxi lit-team minn fuq il-bank għal din il-partita li hi meqjusa bħala konfront dirett bejn żewġ timijiet f’forma kbira.

Share With: