L-attività li ta’ kull sena tfakkar lil Mark it-Telegraf tgħin biex jinġabru €9,500 b’risq Puttinu Cares

L-attività li saret lbieraħ b’risq Mark Gauci t-Telegraf, b’risq Puttinu Cares għal darba oħra kienet suċċess. 

Id-dawra bit-trakkijiet ma’ Malta wasslet biex inġabret is-somma sabiħa ta’ €9,500. 

Is-Sindku Mellieħi Dario Vella kellu kliem ta’ tifħir għall-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur Angelo Gafà, is-Supretendent Ramon Cassar kif ukoll l-uffiċjali tal-Pulizija li b’paċenzja kbira ddiriġew it-traffiku.

Kien hemm persuni oħrajn li għalkemm ilbieraħ ma setgħux ikunu preżenti, minn qabel raw li jagħtu l-kontribut tagħhom għal din il-kawża ġusta.

Share With: