L-Eġizzjani Salah u Elneny reġgħu pożittivi

L-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, u l-midfielder ta’ Arsenal, Mohamed Elneny, irritornaw test pożittiv ieħor għal Covid-19, qalet l-FA Eġizzjana

Salah kien ittestja pożittiv għall-coronavirus nhar il-Ġimgħa li għadda, lejliet il-logħba tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tal-Eġittu kontra Togo, filwaqt li Elneny ttestja pożittiv tlett ijiem wara.

Salah se jitlef iż-żjara mil-leaders tal-kampjonat, Leicester City, tal-Ħadd li ġej.

Huwa probabbli wkoll li jkun eskluż mil-logħba taċ-Champions League ta’ Liverpool kontra Atalanta tal-Erbgħa li ġej, filwaqt li Elneny mistenni jitlef il-logħba ta’ Arsenal ma’ Leeds United tal-Ħadd ukoll u l-konfront tal-Europa League f’Molde tal-Ħamis li ġej.

Share With: