L-għaqda studenteska Pulse b’rebħa kbira fl-elezzjoni tal-Kunsill tal-Junior Colloge għall-ħames sena nfila

L-għaqda studenteska Pulse, għall-ħames sena nfila rebħet l-elezzjoni tal-Kunsill tal-Junior College. Matul il-ġurnata tal-lum l-istudenti tal-Junior College setgħu jivvutaw għall-għaqda li fil-fehma tagħhom għandha tmexxi lill-Kunsill tal-Junior College għas-sena li ġejja. L-għazla, bħal kull sena oħra kienet bejn il-Pulse u l-SDM.

Jidher li għal darba oħra, l-istudenti taw il-fiduċja lill-għaqda Soċjo-Demokratika Pulse b’distakk ta’ aktar minn 400 vot. Il-kandidati li rrappreżentaw lill-Pulse f’din l-elezzjoni u li se jkunu qed imexxu l-Kunsill għas-sena li ġejja huma:

  • Andre Camilleri
  • Zack Mangani
  • Jade Muscat
  • Erika Mallia
  • Maria Zerafa
  • Bahri Hanan
  • Thea Aquilina
  • Karl Schembri
Share With: