L-impjant taż-żejt f’Birżebbuġa … ix-xogħol f’Ħas-Saptan se jitlesta sas-sena d-dieħla – il-Ministru Miriam Dalli

Il-kwistjoni tal-wegħda li kienet saret fil-kampanja elettorali tas-sena 2017 meta ssemma li l-impjant taż-żejt f’Birżebbuġa se jitneħħa biex jittieħed f’Ħas-Saptan, tqajmet fil-Palament. Il-Ministru Miiam Dalli saħqet li   “x-xogħol għaddej u dan se jkompli. Se naraw li dik il-wegħda issir. Sas-sena d-dieħla ix-xogħol meħtieġ se jkun sar”.  Kien id-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone li staqsa dwar dan.

Hi qalet ukoll li hu “ppjanat li sas-sena 2050 pajjiżna ikun iddikarbonizza l-ekonomija tiegħu. Sa 2050 ikollna bilanċ bejn l-emissjonijiet li jkunu ġenerati u dawn assorbiti. Għalhekk nitkellmu fuq Carbon Neutrality.  Irridu naċċertaw ruħna li is-17 il-mira ta’ żvilupp sostnibbli ikunu parti mill-politika u l-gwida tagħna.”

Share With: