L-Ordni tal-Ġiżwiti f’Malta titlef membru ieħor; Titħabbar il-mewt ta’ Fr Robbie Wirth

Fr Robbie Wirth huwa s-66 vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna. Huwa kellu 86 sena. 

Il-mewt tiegħu tħabbret mill-Ordni tal-Ġiżwiti f’Malta.

Fr Robbie Wirth ngħaqad mal-Ġiżwiti meta kien għad kellu 17-il sena u qatta’ diversi snin jaħdem fl-Indja.

Huwa rritorna lura Malta fl-1991.

Matul il-ġimgħa li għaddiet tħabbret il-mewt ta’ żewġ ġiżwiti oħrajn kaġun tal-Covid-19, Fr Lino Cardona u Fr Edward Mercieca.

L-Ordni qalet li dettalji dwar il-funeral ta’ Fr Wirth se jkunu qed jitħabbru fil-ħin li ġej.

Share With: