L-Urugwaj b’numru ta’ players pożittivi għall-Covid-19

Ħafna sejħu l-iskwadra tat-team nazzjonali Urugwajan bħala l-bejta tal-Covid-19 hekk kif 12-il plejer nstabu pożittivi għal dan il-virus. Dawn jinkludu plejers bħal Diego Rossi, Luis Suarez, Alexis Rolin, Matias Viña u Rodrigo Munoz. Fl-istess waqt hemm ukoll infettati t-tabib tat-team Alberto Pan and uffiċjal għar-relazzjonijiet pubbliċi Matias Faral flimkien mal-membri tad-delegazzjoni. Jorge Rey, Richard Lopez, Victor Britez and Emiliano Aguirre.

Dawn il-każi attivi qed jinkwetaw mhux ftit lil xi clubs tas-Serie A Taljana b’diversi minn dawn il-plejers li jilagħbu ma’ timijiet tal-istess pajjiż. Fil-fatt Rodrigo Bentancur ta’ Juventus, Diego Godin ta’ Cagliari u Nahitan Nandez u Martin Caceres ta’ Fiorentina kollha jridu jirritornaw lura mal-clubs rispettivi tagħhom. 

Share With: