Il-FIFA tipproponi leave tal-maternitá obbligatorju għall-players nisa

Il-FIFA mistennija tintroduċi regolamenti ġodda biex tipproteġi d-drittijiet tal-players nisa li jinkludu l-leave tal-maternitá obligatorju.

Dawn huma fost riformi ġodda li tressqu mill- Football Stakeholders Committee (FSC) biex jiġu diskussi mill-Kunsill tal-FIFA, matul ix-xahar id-dieħel.

Filwaqt li bosta players fl-Ewropa huma diġá protetti mil-liġi tax-xogħol fil-pajjiżi rispettivi, il-FIFA tgħid li l-għan huwa li jinħolqu “livelli ġodda madwar id-dinja” għall-players nisa mad-dinja kollha, minħabba t-tkabbir ta’ kampjonati u l-iżvilupp rapidu ta’ clubs globalment.

Ir-regoli proposti jinkludu leave tal-maternitá obbligartorju ta’ 14-il ġimgħa, b’minimu ta’ żewġ terzi tas-salarju tal-kuntratt tal-player u garanzija li l-ebda player femminili ma għandha ssofri xi forma ta’ żvantaġġ minħabba li tinqabad tqila.

Ir-regolamenti ppjanati jgħidu wkoll li mar-ritorn tagħhom għax-xogħol wara l-leave tal-maternitá, il-clubs għandhom “jintegraw mill-ġdid lill-players nisa u jipprovdu appoġġ mediku u fiżiku adekwat.”

Share With: