Liverpool għandhom ċans tajjeb li jisfidaw għar-rebħ tal-Premier League – Andy Robertson

Andy Robertson qal li Liverpool għandhom ċans tajjeb li jisfidaw għar-rebħ tal-Premier League għalkemm għandhom skeda ta’ fixtures ferm riġida li ġabet magħha rabja kemm mill-manager tar-Reds Jurgen Klopp, kif ukoll minn dak ta’ Manchester City, Pep Guardiola.

Liverpool kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 1-1 kontra r-rivali Manchester City nhar il-Ħadd wara li Gabriel Jesus ġab l-iskor indaqs hekk kif kien Mohamed Salah li fetaħ l-iskor għat-team minn Anfield minn penalty.

B’riżultat ta’ dan, Liverpool tilfu l-ewwel post tal-kampjonat għas-spejjeż ta’ Leicester u kien hemm iktar frustrazzjoni għall-managaer tar-Reds Klopp wara li r-right-back internazzjonali Ingliż Trent Alexander-Arnold sofra injury fil-pexxul.

Kemm Klopp kif ukoll Guardiola jinsabu rrabjati għall-awtoritajiet tal-Premier League kif ukoll ma’ min jiskeda l-partiti għal xandiret televiżivi talli skond huma dan mhux qed ikun ta’ ġid għall-players tal-clubs rispettivi.

Il-fatt li huma jistgħu jagħmlu biss tliet sostituzzjonijiet, waqt li l-kampjoanti Ewropej maġġuri l-oħra u ċ-Champions League issa qed jippermettu li jsiru ħames sostituzzjonijiet hija wkoll xi ħaġa li ż-żewġ managers għad ma jistgħux jifhmu.

Share With: