Liverpool wara Jeremy Doku
Liverpool qed isegwu sew il-progress tal-attakkant ta’ Rennes, Jeremy Doku. Fil-fatt scouts minn Anfield ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat jaraw sew lil Doku fl-azzjoni u s’issa jidhru ferm sodisfatti bil-wirjiet tiegħu.
Fil-fatt il-player ta’ 18-il sena diġá deher f’ħames logħbiet minn Ligue 1 Franċiża filwaqt li kellu wkoll erba’ dehriet fil-UEFA Champions League.
Doku ġie akkwistat minn Rennes f’Ottubru li għadda mingħand Anderlecht u minkejja l-etá tenera tiegħu, huwa meqjus bħala skorer prolifiku li għandu xamma kbira għax-xibka avversarja.
Doku għad irid jiskorjaw l-ewwel goal tiegħu għat-team Franċiż għalkemm il-wirjiet tajbin mhux qed jonqsu.