“Ma nistax nifhem il-gost li wieħed jagħmel dawn l-atti vandali. Istħu.”

“Ma nistax nifhem il-gost li wieħed jagħmel dawn l-atti vandali. Istħu.” Hekk qal is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella f’kumment fuq il-midja soċjali filwaqt li ppubblika ritratti ta’ atti vandali li twettqu fil-lokalità Melleħija f’dawn l-aħħar jiem.

Vella żied jgħid li dawn l-atti saru minn persuni li ma għandhom l-ebda apprezzament lejn il-komunità. Filwaqt li rringrazzja lil kull min għamel rapport, huwa żied jirringrazzja lill-Pulizija tal-komunità li qed jaħdmu biex jaqbdu lill-persuni responsabbli.

Huwa temm billi appella lin-nies biex jekk għandhom informazzjoni jgħadduha lill-Pulizija.

Share With: