Manchester United jibqgħu jittamaw fl-akkwist ta’ Jadon Sancho

Manchester United għadhom ma qatgħux qalbhom li jippruvaw imorru għall-winger internazzjonali Ingliż ta’ Borussia Dortmund, Jadon Sancho.

Dan il-player ta’ 20 sena ilu jilgħab fis-Signal Iduna Park sa mis-sena 2017 u skorja 30 goal f’84 partita. 

Iżda qed jiġi rappurtat li Borussia Dortmund mhux se jħallu lil Sancho jitlaq għalkemm oħrajn qed isostnu li trid tkun ċifra kbira li tbiegħdu mill-Ġermanja sabiex imur jilgħab f’Old Trafford.

Ir-Red Devils ilhom jiġru wara l-firma tiegħu iżda s’issa ma kien hemm xejn konkreti minħabba li fis-sajf li għadda ma kienux lesti li jħallsu €110 miljuni għas-servizzi tiegħu.

Sancho lagħab 17-il partita mat-tim nazzjonali Ingliż u skorja tliet goals.

Share With: