Manchester United jistgħu jakkwistaw lil Raphael Varane

Manchester United huma viċin li jakkwistaw lid-difensur ta’ Real Madrid, Raphael Varane. Dan kollu jista’ jseħħ fis-sena 2021 hekk kif ir-Red Devils għandhom relazzjoni tajba ma’ Base Soccer Agency li bħalissa qed jirrappreżentaw lill-player ta’ 27 sena. Huwa għad fadallu 18-il xahar ieħor mal-club li jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu u għalhekk l-ogħla awtoritajiet tal-club minn Manchester se jippruvaw jaħtfu din l-okkażjoni ferm importanti.

Dan il-player Franċiż  ilu mal-Merengues sa mis-sena 2011 fejn lagħab 212-il partita u skorja seba’ goals. Fil-passat huwa kien jilgħab ukoll ma’ Lens.

Varane deher ukoll 71 darba mat-team nazzjonali Franċiż u skorja ħames goals.

Share With: