Manchester United mhux se jkollhom suq ta’ trasferimenti intensiv f’Jannar

Meta kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, il-coach ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer ta ħjiel li l-club tiegħu se jkollu sessjoni tat-trasferiment kwieta f’Jannar li ġej. 

Il-coach Norveġiż qal li għalissa għadu kmieni sabiex tiġi evalwata s-sitwazzjoni finanzjarja tal-club speċjalment wara sena partikolari fejn kulħadd intlaqat ħażin bil-pandemija tal-Covid-19 u fejn il-football madwar id-dinja nbidel kompletament. 

Minkejja kollox, Solskjaer qal li jinsab kuntent bl-iskwadra preżenti u għandu fiduċja fil-players tiegħu. 

Bħalissa Manchester United jinsabu fil-11-il post tal-klassifika fejn ġabru 13-il punt minn tmien logħbiet. 

Share With: