Maradona mistenni joħroġ mill-isptar

L-istilla tal-football Arġentin, Diego Maradona, qed jirkupra tajjeb minn operazzjoni tal-moħħ u kumplikaz­zjonijiet ta’ wara l-operazzjoni, tant li għandu joħroġ mill-isptar matul il-ġranet li ġejjin, qal it-tabib personali tiegħu nhar it-Tnejn.

“Diego jrid imur id-dar u aħna qed nivvalutaw il-ħruġ tiegħu,” qal Leopoldo Luque lill-ġurnalisti barra l-isptar fejn Maradona, 60 sena, kien operat l-ġimgħa li għaddiet għal ematoma subdural, embolu tad-demm fuq il-moħħ.

“Se nitkellmu dwar fejn imur aktar tard iżda għalissa nafu li Diego sejjer tajjeb ħafna.”

Il-waqfa tiegħu fl-isptar kienet l-aħħar waħda minn sensiela ta’ biżgħat għas-saħħa tal-coach attwali tal-club tal-Ewwel Diviżjoni Arġentina, Gimnasia y Esgrima.

Share With: