Marco Giampaolo u Giuseppe Iachini fil-periklu li jitilfu posthom

Hekk kif lanqas biss għadda nofs l-istaġun, diġá hemm xi coaches li qed jirriskjaw posthom. Dawn huma Marco Giampaolo ta’ Torino u Giuseppe Iachini ta’ Fiorentina li xejn ma bdew dan l-istaġun bl-aħjar mod possibbli.

Torino jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika meta kisbu biss punt minn ħames partiti filwaqt li Fiorentina qegħdin fil-11-il poż

izzjoni b’seba’ punti minn sitt partiti.

Żgur li s-sidien Rocco Commisso tal-Viola u Urbano Cairo tal-Granata se jkunu qed jevalwaw sew l-għażliet tagħhom hekk kif jixtiequ li jkun hemm bidla fir-riżultati sabiex dan kollu ma jibqax għaddej.

Ħafna huma tal-fehma li tmiem il-ġimgħa li ġej mistenni jkun deċiżiv sabiex jiġi deċiż il-futur ta’ Giampaolo u Iachini.

Share With: