Mario Balotelli f’negozjati ma’ Barnsley

L-attakkant Taljan Mario Balotelli jinsab f’negozjati mal-club ta’ Barnsley li jilgħab fiċ-Championship.

Il-player ta’ 30 sena huwa aġent ħieles wara l-esperjenza qasira u negattiva ma’ Brescia meta  magħhom spiċċa fuq nota negattiva wara diversi inċidenti kemm ġewwa kif ukoll barra l-ground. Minn dak iż-żmien, Balotelli kien qed jitħarreġ mat-team tad-dilettanti Franciacorta sabiex jibqa’ fil-forma mixtieqa.

Barnsley xejn ma jinsabu f’pożizzjoni daqshekk pjaċevoli fil-klassifika hekk kif qed jissieltu biex isalvaw posthom f’din id-diviżjoni.

Għal Balotelli, dan jista’ jkun ritorn fl-Ingilterra wara l-esperjenzi li kellu f’livelli differenti ma’ Liverpool u Manchester City.

Share With: