Mario Balotelli jitħarreġ ma’ team tad-dilettanti

L-ex attakkant internazzjonali Taljan, Mario Balotelli, bħalissa għadu mingħajr club wara li fis-sajf li għadda ġie terminat uffiċjalment il-kuntratt tiegħu ma’ Brescia.

Balotelli bħalissa qed jitħarreġ mat-tim tad-dilettanti li jilgħab fis-Serie D Taljana Franciacorta. L-istess player ta’ 30 sena huwa ħabib mas-sid ta’ dan il-club li min-naħa tiegħu offrielu li jitħarreġ magħhom bit-tama li aktar tard ikun jista’ jsib club rinomat sabiex jingħaqad miegħu.

Balotelli minn dejjem kien plejer kontroversjali u ma’ kull min kien, dejjem spiċċa fuq nota negattiva minħabba l-imġieba tiegħu li mhux dejjem kienet eżemplari.

Fil-passat hu lagħab ma’ Inter, Milan, Manchester City, Liverpool, Nice, Marseille u Brescia.

Share With: