“Mhux beħsiebni nipparteċipa fit-teatrini tagħhom” – Konrad Mizzi

L-eks Ministru Konrad Mizzi ftit tal-ħin ilu kiteb jgħid li dalgħodu ġie mitlub jattendi quddiem il-bord tal-inkjesta pubblika.

Mizzi kompla li din l-inkjesta “marret ‘il bogħod mill-iskop oriġinali tagħha u huwa ċar li qegħda tintuża min-Nazzjonalisti biex titmexxa aġenda politika.” Żied jikteb li filwaqt li dejjem ikkollabora ma’ kull investigazzjoni u skrutinju, “żgur mhux se naċċetta li nirrispondi lill-esponenti Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.”

Mizzi għamilha ċara li hu diġà ta informazzjoni fuq il-ħidma ministerjali tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti u li mhuwiex f’pożizzjoni li jgħaddi l-istess informazzjoni privileġġjata fil-pubbliku, speċjalment fil-preżenza tal-avukati u ta’ partijiet terzi, li hu jiddeskrivihom bħala “assassini tal-karriera politika” tiegħu.

Mizzi temm jgħid li hu dejjem ħadem b’lealta’ għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

Share With: