Michael Olise bejn Liverpool u Chelsea

Liverpool u Chelsea qed jaħsbu dwar il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi tal-winger ta’ Reading, Michael Olise. Dan tal-aħħar għad għandu biss 18-il sena u qed jispikka fil-logħbiet li qed jilgħab fiċ-Championship. 

Madankollu mhux ir-Reds u l-Blues biss qed isegwu sew il-progress ta’ Olise hekk kif Borussia Dortmund, AS Monaco u Napoli, qed jikkunsidrawh wkoll.

Olise qatta’ xi żmien mal-akkademji ta’ Chelsea u Manchester City qabel ma’ ngħaqad ma’ Reading fis-sena 2016. Il-plejer huwa ta’ nazzjonalitá Franċiża u diġá lagħab darbtejn mat-team nazzjonali ta’ Taħt it-18-il sena. Issa qed jiġi kkunsidrat għall-kategorija ta’ taħt il-21 sena. 

Share With: