Milan jibqgħu jaħdmu fuq il-kuntratti ta’ Donnarumma u Calhanoglu

Id-direttur tekniku ta’ AC Milan, Paolo Maldini, ikkonferma li l-club bħalissa qed jaħdem sabiex sal-aħħar ta’ dan ix-xahar ikunu jistgħu jilħqu ftehim mal-goalkeeper Gianluigi Donnarumma u l-midfielder offensiv Hakan Calhanoglu sabiex verament iġeddu l-kuntratt tagħhom. Dan tal-aħħar qed jiġi attirat minn Manchester United, b’Maldini  ma jridx iċedi lil dan il-player li bħalissa qed ikollu wirjiet tajbin mar-Rossoneri.

Maldini indika li jinsabu fit-triq it-tajba sabiex jirranġaw ma’ dawn iż-żewġ plejers li ddeskrivihom bħala parti mill-futur tal-club.

Donnarumma lagħab 183 partita filwaqt li Calhanoglu deher 108 darbiet mar-Rossoneri filwaqt li skorja 18-il goal.

Share With: