Milan jinsistu għal Jerome Boateng

Fil-preżent AC Milan qed ifittxu difensur li jista’ jiġi akkwistat f’Jannar li ġej. Issemmew diversi ismijiet fil-jiem li għaddew u issa żdied l-isem ta’ Jerome Boateng. Huwa għandu 32 sena u bħalissa fuq il-kotba ta’ Bayern Munich. Minkejja kollox, il-kuntratt ta’ dan il-player jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u s’issa m’hemmx qbil sabiex jerġa’ jiġġedded. 

Anke Arsenal qed jissemmew li jistgħu jiksbu s-servizzi ta’ Boateng li huwa determinat li jitlaq mill-Allianz Arena.   Boateng lagħab 206 partiti ma’ Bayern Munich f’disa’ snin u skorja erba’ goals magħhom. Hu kapaċi jilgħab bħala difensur ċentrali u l-kwalitajiet tiegħu ma ħarbux l-għajnejn attenti tal-coach ta’ Milan, Stefano Pioli, li jixtiequ miegħu.  

Share With: