Mill-2013 ’l hawn in-numru ta’ Għawdxin b’partajm minbarra impjieg fultajm jiżdied b’aktar minn 50%

Sa Jannar ta’ din is-sena kien hemm 2,790 Għawdxin li għandhom xogħol partajm minbarra x-xogħol fultajm. Qal dan il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.

Skont l-informazzjoni mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, in-numru ta’ Għawdxin li barra l-impjieg fultajm kellhom ukoll impjieg partajm żdied bi kważi 53% mill-2013, meta dak iż-żmien b’kollox kien hemm 1,825 Għawdxin li kellhom xogħol partajm minbarra dak fultajm.

Għawdxin b’partajm minbarra x-xogħol fultajm NisaIrġielTotal
Diċembru 20134271,3981,825
Diċembru 20144541,4211,875
Diċembru 20154641,4451,909
Diċembru 20165021,5532,055
Diċembru 20175921,7492,341
Diċembru 20186471,8772,524
Diċembru 20197312,0332,764
Jannar 20207432,0472,790
Għawdxin li għandhom xogħol part-time minbarra x-xogħol full-time

Share With: