Minkejja l-COVID-19 il-ħwienet jilħqu l-aspettativi tagħhom għall-Black Friday

Ħwienet li jbiegħu l-appliances tad-dar l-aktar li jmorru tajjeb, il-ħwienet li jbiegħu l-ħwejjeġ jintlaqtu ħażin

Il-ġurnata tal-lum hija sinonoma mal-Black Friday. Il-ħwienet għal ġurnata jippreżentaw lill-konsumatur numru ta’ skontijiet u prezzijiet ridotti. Din is-sena, minħabba l-pandemija tal–COVID-19, il-ħwienet intlaqtu ħażin. Minkejja dan, hekk kif ħafna ħwienet bdew l-offerti tagħhom fil-bidu tax-xahar, jidher li l-aspettativi tal-ħwienet inġenerali għall-Black Friday intlaħqu.

L-aktar ħwienet li marru tajjeb kienu dawk li jbiegħu appliance għad-dar jew xi prodotti oħrajn għad-dar. Sfortunatement, l-inqas ħwienet li rreġistraw suċċess kienu dawk li jbiegħu l-ħwejjeġ. Dan il-mudell jiddeskrivi s-sena 2020 għall-poplu Malti u d-dinja nġenerali, hekk kif in-nies qiegħda tqatta’ ħafna aktar ħin id-dar.

Il-bejgħ onlajn jidher li din is-sena kompla żdied. Numru ta’ ħwienet qalu li din is-sena kellhom jimpjegaw aktar nies fil-ħwienet tagħhom biex jaraw li tin#amm l-ordni u d-dixxiplina ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-COVID-19 u distanza soċjali.

Share With: