“Naf biċ-ċert li kieku l-papà kien preżenti, kien ikun lest iċedi postu u jmur fl-aħħar filliera”

“Naf biċ-ċert li kieku l-papà kien preżenti, kien ikun lest iċedi postu u jmur fl-aħħar filliera”. Hekk kitbet tgħid bint il-Professur Oliver Friggieri tard ilbieraħ filgħaxija hekk kif stqarret mal-pubbliku dwar kemm kienu jumejn ibsin biex missierha llum jingħata l-aħħar tislima li tixraqlu.

Sara rringrazzjat lil dawk kollha li bagħtulhom il-kondoljanzi anke jekk ma kellhiex ċans tara l-messaġġi ta’ kulħadd minħabba l-ammont kbir ta’ persuni li esprimew il-gratitudni tagħhom għall-mibki missierha.

Sara żiedet tgħid li kienet x-xewqa tagħhom bħala familja li jkunu hemm preżenti dawk kollha li xtaqu jattendu iżda minħabba l-pandemija jkun aktar għaqli li tinżamm id-distanza soċjali.

Il-funeral mill-Istat tal-Professur Oliver Friggieri se jsir illum. Il-quddiesa praesente cadavere se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fis-2.00 p.m. u se tkun ikkonċelebrata mill-Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.

Share With: