Napoli qed juru interess kbir f’Emerson
Napoli qed jikkunsidraw li jakkwistaw il-firma tad-difensur xellugi ta’ Chelsea, Emerson Palmieri. Dan tal-aħħar mhux qed isib postu fl-ewwel ħdax tal-coach Frank Lampard speċjalment wara li l-Blues akkwistaw lil Ben Chilwell mingħand Leicester City.
Huwa għalhekk li l-player Brażiljan b’ċittadinanza Taljana qed ifittex sabiex jingħaqad ma’ club ieħor u Napoli jafu jkunu s-soluzzjoni.
Emerson għandu 26 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Santos, Palermo u Roma. Hu ilu jilgħab fi Stamford Bridge sa mis-sena 2018 fejn deher biss fi 30 okkażjoni.
Malli ħa ċ-ċittadinanza Taljana, huwa lagħab 11-il darba mat-team nazzjonali Taljan.