Novembru u l-Għarfien Dwar is-Saħħa tal-Irġiel

Minn Dr. Georgiana Farrugia Bonnici, BSc (Hons) Rad, M.D. MSc FM

Ix-xahar ta’ Novembru iġib miegħu iktar għarfien dwar ċerti kundizzjonijiet li jaffettwaw lill-irgiel, bħal kanċer tal-prostata u tat-testikoli, u kif wkoll is-suwiċidju.

– X’inhuma l-fatturi li jżidu r-riskji għall-kanċer tal-prostata u tat-testikoli?

Il-kanċer tal-prostata, li hija glandola li tinstab fl-irġiel biss, normalment jaffettwa l-iktar l-irġiel avvanzati fl-età, obesi, ta’ karnaġġjon skur, jew li għandhom membri tal-familja li jbatu b’din l-istess kundizzjoni. 

Mill-banda l-oħra, il-kanċer tat-testikoli huwa inqas komuni minn dak tal-prostata’ u normalment, jaffettwa irġiel iżgħar fl-età; ta’ bejn il-ħmistax u il-ħamsa u tletin sena. Ghall-kuntrarju tal-kancer tal-prostata’, l-kancer fit-testikoli jidher li jaffettwa iktar l-irġiel ta’ karnaġġjon ċar, dawk li għandhom membri fil-familja li jbatu bl-istess kundizzjoni, u kif wkoll dawk li għandhom kundizzjonijiet ulterjuri, bħall-‘Kleinfelter syndrome’, fejn it-testikoli jiżvilluppaw b’mod abnormali.

– X’inhuma s-sintomi? U hemm xi affarijiet li wieħed jista’ jagħmel bħala prekawzjoni?

Is-sintomi relatati mal-kancer tal-prostata’; specjalment jekk fi stat avvanzat, jistghu jinkludu: problemi biex wiehed jghaddi l-urina, inkontinenza, demm fis-‘semen’, uġigħ fin-naha t’isfel taż-żaqq, uġigħ fl-għadam, jew nuqqas ta’ erezzjoni, fost oħrajn.

Is-sintomi relatati mal-kanċer fit-testikoli jistgħu jinkludu xi nefħa, massa iebsa jew tkabbir fit-testikola. Xi minn daqqiet, wieħed jista’ jħoss ukoll xi uġigħ jew tnemnim fl-istess post, jew saħansitra fil-parti ta’ isfel taż-żaqq. Sintomi oħra li huma inqas komuni jistgħu jinkludu uġigħ fid-dahar, qtugħ ta’ nifs, uġigħ jew tkabbir fis-sider, jew telf ta’ piż. 

Huwa tajjeb li wieħed iżomm f’mohhu li xi minn daqqiet, fi stat bikri, wiehed jista ma jhossx l-ebda sintomi. Ghaldaqstant, huwa vitali li wieħed jiċċekkja lilu nnifsu regolarment, u jitkellem mat-tabib tiegħu jekk iħoss xi affarijiet li għalih mhumiex normali. Wiehed dejjem jista’ jigi investigat iktar fid-dettall permezz ta’ testijiet tad-demm jew ‘ultrasound’, sabiex wiehed ikun jista’ jħejji t-triq biex jinbdew xi mediċini jew trattamenti oħrajn li jeżistu għal dawn it-tip ta’ kundizzjonijiet mediċi.

Huwa importanti wkoll li wiehed jghix stil ta’ hajja sana, li tinkludi dieta bbilancjata u ezercizzju fiziku. Wiehed ghandu jara li jagħmel ħiltu sabiex jitlef xi piż żejjed sabiex dejjem jnaqqas ir-riskji relatati mal-kanċer.

Jekk tixtieq tkompli issegwi iktar tagħrif dwar is-saħħa ħolistika, jekk joġgħbok żur u agħmel ‘like’ fuq din il-paġna fuq Facebook:

×Be Holistically Healthy, MD×

Share With: