Olivier Giroud bejn diversi timijiet Taljani

Inter, Roma, Lazio u Juventus, qed jiffaċċjaw kompetizzjoni ħarxa minn West Ham biex jakkwistaw is-servizzi tal-attakkant internazzjonali Franċiż, Olivier Giroud. Huwa għandu 34 sena u kiser  għal kollox ir-relazzjoni  minn mal-club tiegħu Chelsea tant li qed jistenna x-xahar ta’ Jannar sabiex imur jilgħab x’imkien ieħor. Dawn il-ħames clubs jinsabu f’taħditiet mar-rappreżentant ta’ Giroud fit-tentattiv li joffrulu kuntratt attraenti.

Din hija l-istess sitwazzjoni li sab ruħu fiha l-istess player Franċiż ftit tax-xhur ilu li wkoll kellu jitlaq minn Stamford Bridge iżda għal xi raġuni jew oħra, ma kien hemm xejn konkret.

Fuq kollox, il-familja ta’ Giroud hija setiljata toqgħod fil-belt ta’ Londra u għalhekk il-possibbiltá li jingħaqad mal-Hammers tista’ tkun waħda reali.

Share With: