Pastor jikser il-lock down biex jiċċelebra magħmudija għax skontu kien qiegħed jagħmel “aktar ġid”

Pastor li kien qiegħed imexxi attività kattolika li tmur kontra l-aħħar miżuri mħabbra fir-Renju Unit spiċċa mwaqqaf mill-Pulizija.

Madwar 30 persuna nġabru biex jitolbu fi Knisja f’Londra f’attività mmexxija minn Pastor Regan King li meta mistoqsi għalfejn kien qiegħed jikser il-lockdown impost, spjega li kien qiegħed jagħmel dan “għal aktar ġid”.

L-attività kienet magħmudija u għalkemm għall-ewwel kien hemm 30 persuna li attendew, dawn ġew mnaqqsa għal 15 u l-bqija komplew isegwu b’attività fuq barra billi josservaw id-distanza soċjali.

Persuna minn dawk preżenti għal din iċ-ċerimonja qal li ma jistgħux jifhmu għalfejn in-nies qed titħalla toħroġ biex tixtri l-ikel, iżda mhix titħalla “tikkonsma l-ikel spiritwali” u għalhekk fl-istess ċerimonja ħassew li kellhom jitolbu wkoll għal dawk li kienu qegħdin jippruvaw iwaqqfuhom, inklużi l-ġurnalisti u l-pulizija.

Share With: