Paulo Fonseca jfaħħar lil Chris Smalling

Il-coach ta’ Roma, Paulo Fonseca, ammetta li r-ritorn ta’ Chris Smalling fil-qalba tad-difiża affettwa sew il-kunfidenza tat-team tiegħu. Dan deher ċar fir-rebħa ta’ 2-0 li l-Giallorossi kellhom fuq Fiorentina fis-sitt ġurnata tal-kampjonat Taljan. 

Fonseca qal li Smalling huwa leader komplut speċjalment mat-tliet difensuri li kienu qed jgħinuh fl-iskema tattika li ħejja kontra l-Viola. Hu qal li dawn it-tliet difensuri jaraw lil Smalling bħala espert u rnexxielu jidderiġihom bl-aħjar mod possibbli matul il-logħba kollha. 

Fonseca ammetta li meta kienu għaddejjin in-negozjati ma’ Manchester United dwar l-akkwist tiegħu, beda jaqta’ qalbu li seta’ jiġi lura magħhom minħabba li kollox beda jikkomplika ruħu.

Madankollu d-diriġenti Giallorossi għamlu minn kollox sabiex jikkuntentawh tant li n-negozjati mar-Red Devils kienu suċċess.

Share With: