Pep Guardiola viċin kuntratt ġdid ma’ Manchester City

Il-coach ta’ Manchester City, Pep Guardiola, jinsab viċin li jiffirma kuntratt ġdid, hekk kif il-ftehim eżistenti tal-coach Spanjol kien se jintemm fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. 

Guardiola huwa lest li jiddedika aktar żmien għat-team li jilgħab fl-Etihad Stadium minħabba li jinsab kuntent ħafna jmexxihom. Hu ilu fit-tmun tas-Citizens sa mis-sena 2016 fejn minn 245 partita hu rebaħ 176, ġie draw 33 u tilef 36 logħba biss.

Taħt it-tmexxija tiegħu, Manchester City rebħu darbtejn il-kampjonat, darba l-FA Cup, tliet darbiet il-League Cup u darbtejn il-Community Shield.

Share With: