“Politika żbaljata … importazzjoni massiċċa ta’ ħaddiema barranin” – id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar

Id-Deputat Nazzjonalista, Kevin Cutajar iddikjarat fid-diskors tiegħu dwar l-estimi għall-Ministeru tal-Ambjent qal li hi politika żbaljata tal-gvern li jkompli bl-importazzjoni massiċċa ta’ ħaddiema barranin. Qal li din toħloq pressjoni u sfidi fuq l-ambjent.

Hu staqsa “x’ġara minnha l-Eco Gozo? Anki fuq l-ispazji miftuħa, ma tistgħux titwemmnu u ma tistgħux tkunu kredibbli. F’seba’ snin tlaqtu l-ħabel minn idejkom.  Il-kampanja naturali tgħarrqet. Ma tgħarrqitx taħtkom biss imma anki taħt Gvern Nazzjonalista.  Intuli tiġi tgħidilna bi ‘green roofs’, ‘green walls’ u ‘green’ ‘l hemm u ‘green’ ‘l hawn.  Aħna rridu kampanja verġni.  Dak li sar fis-sena 2006, meta ġew riveduti l-pjani lokali kien diskutibbli. Imma intom x’għamiltu? Intom tlaqtu minn idejkom kull forma ta’ kontroll bil-konsegwenza li llum Malta hi dik li hi”.

Share With: