“Qed jirrepetu invenzjoni li ċħadtha” – l-eks Prim Ministru Joseph Muscat

Minn Victor Vella

Fl-aħħar jiem komplew ħerġin rapporti li ma kien fihom ebda verità dwar l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u dak li beda jingħad li hu kien se jitlaq bil-familja minn Malta u jmur jgħix f’Dubaj. Ir-rapporti komplew fl-aħħar sigħat fejn għal darba oħra ġie allegat li kien hemm pjani biex l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jitlaq lejn l-Emirati Għarab Magħquda.

Dan is-sit għamel kuntatt mal-eks Prim Ministru Joseph Muscat dwar dawn l-ispekulazzjonijiet li ma fihom ebda bażi. Huwa qalilna li “qed jirrepetu invenzjoni u din jien ċħadtha”. 

Dan is-sit jinsab infurmat li dawn ir-rapporti spekulattivi m’għandhom l-ebda bażi u qatt ma kien hemm dawn il-pjani jew ħsibijiet. 

Share With: