Raġel akkużat b’rabta ma’ ħasil ta’ flus

L-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji,  dalgħodu ressqet il-Qorti raġel b’akkużi ta’ ħasil ta’ flus. 

Ir-raġel ta’ 34 sena, residenti Bormla, tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli LL.D., wara li fil-pussess tiegħu nstab ammont sostanzjali ta’ flus, allegatament ġejjin minn  attivitajiet illegali. 

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. It-talba għal-libertà proviżorja ġiet miċħuda u  nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Dr Robert Azzopardi u TonJoe Farrugia, flimkien ma’ Dr Andrea  Zammit mill-uffiċju tal-Avukat Ġenerali. 

Share With: