Raġel imut f’attakk minn kelb il-baħar fl-Awstralja; Il-vittmi tal-klieb il-baħar fl-Awstralja jitilgħu għal 8 din is-sena

Raġel ta’ 55 sena miet wara li safa attakkat minn kelb il-baħar fil-Punent tal-Awstralja, Din hija t-tmien fatalità kkaġunata minn attakk simili fl-Aawstralja matul din is-sena.

Il-Pulizija ntalbu jassistu f’Cable Beach, bajja popolari mat-turisti mal-kosta tal-Oċean Indjan, kmieni filgħodu.

Ir-raġel inħareġ mill-baħar bi ġrieħi serji u kien assistit fuq il-post mill-Pulizija qabel ma waslu l-paramediċi. Huwa miet fuq il-post. Il-midja lokali rrapportat li r-raġel safa migdum f’koxxtu u idu.

L-aċċess għall-bajja ngħalqet għall-pubbliku.

Ir-raġel huwa t-tmien vittma ta’ attakk minn kelb il-baħar fl-Awstralja matul din is-sena, l-ogħla rata ta’ fatalità reġistrata mill-1929, meta kienu mietu disa’ persuni.

Share With: