Raġel ta’ 54 sena huwa l-71 persuna li miet waqt li kien pożittiv għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li raġel ta’ 54 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Ir-raġel miet aktar kmieni llum fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Huwa kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel u fakkar il-miżuri ta’ prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra kullimkien, id-distanza soċjali u l-ħasil tal-idejn.

Share With: