Roberto Mancini jsejjaħ tliet players ġodda fl-iskwadra nazzjonali Taljana

Il-coach tat-team nazzjonali Taljan, Roberto Mancini, sejjaħ tliet players ġodda fl-iskwadra tiegħu li ntlaqtet mill-coronavirus qabel il-partiti mill-UEFA Nations League.

Dawn huma l-midfielder ta’ Hellas Verona Mattia Zaccagni kif ukoll id-difensur ta’ Inter Alessandro Bastoni u dak ta’ Sassuolo, Gian Marco Ferrari.

Huma ngħaqdu fl-iskwadra fejn ħadu post id-difensur ċentrali Angelo Ogbonna li għandu injury fil-groin, id-difensur ta’ AC Milan Alessio Romagnoli kif ukoll diversi players oħra li jinsabu milqutin mill-virus.

Diversi clubs Taljani fosthom Lazio, Roma u Fiorentina jinsabu f’iżolament u l-awtoritajiet tas-saħħa fir-reġjuni rispettivi tagħhom għadhom m’awtorizzawx players biex iħallu l-iskwadri rispettivi u jingħaqdu mat-team nazzjonali.

L-erba’ players internazzjonali ta’ Sassuolo li jinsabu wkoll f’iżolament wara li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19, għandhom jingħaqdu fl-iskwadra t-Tlieta filgħaxija.

Mill-41 player imsejħa minn Mancini għall-partira ta’ ħbiberija ta’ nhar l-Erbgħa kontra l-Estonja u l-fixtures sussegwenti minn Nations League kontra l-Polonja u l-Bosnia-Herzegovina, 18-il player biss setgħu jingħaqdu mal-iskwadra f’Firenze matul il-jum tat-Tnejn.

Share With: