Samuel Eto’o lura għal-logħob?

Il-president ta’ Racing de Murcia, Morris Pagniello, ikkonferma li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-ex attakkant internazzjonali mill-Kamerun, Samuel Eto’o, sabiex jilgħab magħhom sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Dan it-tim Spanjol, li jilgħab fil-kampjonat tat-Tielet Diviżjoni, se jiffaċċja lil Levante fil-Copa del Rey u għalhekk jixtieq li jkun iktar b’saħħtu speċjalment fl-attakk. 

Min-naħa tiegħu, Eto’o għandu 39 sena u rtira mil-logħba f’Settembru 2019 wara l-aħħar esperjenza li qatta’ ma’ Qatar SC. Minkejja kollox, hu jista’ jaqla’ ż-żarbun tal-football mill-ġdid għax kapaċi jirritorna għal-logħob. 

Pagniello jinsab fiduċjuż li jasal dan il-ftehim u qed jiġi megħejun mill-isponsors li jridu li dan it-trasferiment iseħħ. 

Share With: