Seba’ nomini biex jimtela l-post battal minn Miriam Dalli

Fi stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali b’rabta mal-elezzjoni każwali biex jimtela l-post battal minn Miriam Dalli ntqal li n-nomini huma sebgħa.

In-nominati huma Busuttil Galea Felix, Caruana Josef, Engerer Cyrus, Gauci Mary, Grech James, Micallef Robert u Vassallo Lorna.

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali biex jimtela l-post imbattal minn Miriam Dalli ser isir nhar il-Ħamis, il-5 ta’ Novembru, 2020, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar. L-għadd tal-voti se jibda fid-9.30 a.m.

Share With: