Serb fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza f’Birżebbuġa

Raġel Serb ta’ 45 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 p.m. fi Triq Ħal Far.

Il-Pulizija maru immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi mutur tat-tip Honda misjuq mis-Serb, u karozza tat-tip Mercedes Benz li kienet misjuqa minn Ingliż ta’ 71 sena residenti l-Marsa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-vitma, li ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan l-inċident ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: